|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/34 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2015 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-251/15)
(2015/C 245/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Oliveira, N. Cunha Barnabé u S. Estima Martins, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mogħtija fl-4 ta’ Marzu 2015 skont l-Artikolu 8(3) tad-deċiżjoni BĊE/2004/3 (Deċiżjoni impliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014, li tissospendi l-istatus ta’ kontroparti, fil-kuntest tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ta’ Banco Espírito Santo SA u tobbliga lill-imsemmi bank jirrimborsa d-dejn kollu tiegħu fil-konfront tal-Eurosistema, tal-ammont ta’ EUR 10 biljuni, kif ukoll id-dokumenti kollha fil-pussess tal-BĊE marbuta b’mod jew ieħor mal-imsemmija deċiżjoni; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-BĊE, tal-1 ta’ April 2015 (id-deċiżjoni espliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-dokumenti msemmija iktar ’il fuq; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni impliċita, ibbażata fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
|
|
3. |
It-tielet motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel, it-tieni u s-seba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 f’dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
|
5. |
Il-ħames motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna l-proposti tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
|