|
22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/38 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Claudio Necci mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-5/15, Necci vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-211/15 P)
(2015/C 205/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Claudio Necci (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-5/15 (Necci vs Il-Kummissjoni); |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) ċaħad ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrent minħabba motiv ta’ inammissibbiltà li bi żball kien ikkwalifika bħala “manifest”. |
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP sa fejn dan ikkunsidra li t-terminu sabiex jitressaq ilment fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal beda jiddekorri mill-mument meta kienet irċevuta l-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz u mhux mill-mument tal-aċċettazzjoni tagħha mill-membru tal-persunal. |