8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2015 – Compagnia Trasporti Pubblici et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-187/15)

(2015/C 190/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Compagnia Trasporti Pubblici SpA (Arzano, l-Italja); Atap – Azienda Trasporti Automobilistici Pubblici delle Province di Biella e Vercelli SpA (Biella, l-Italja); Actv SpA (Venezia, l-Italja); Ferrovie Appulo Lucane Srl (Bari, l-Italja); Asstra Associazione Trasporti (Ruma, l-Italja); u Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV) (Ruma) (rappreżentant: M. Malena, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata limitatament għall-punti u għall-partijiet li huma s-suġġett tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-185/15, Buonotourist vs Il-Kummissjoni, u T-186/15, CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti jallegaw ksur tal-Artikoli 93, 94, 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta’ Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19), u tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1), nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1191/69, l-eżistenza f’dan il-każ ta’ użu ħażin ta’ poter, u ksur tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida interpetattivi li jikkonċernaw ir-Regolament Nru 1370/2007.