8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 – CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/15)

(2015/C 190/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSTP Azienda della Mobilità SpA (Salerno, l-Italja) (rappreżentanti: G. Capo u L. Visone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ Jannar 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat Sa.35842 (2014/C) (ex 2012/NN), innotifikata lir-rikorrenti fid-19 ta’ Frar 2015, implementata mill-Italja;

tiddikjara, skont l-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Jannar 2015, fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat Sa.35842 (2014/C) (ex 2012/NN) (għal EUR 4 9 51  838,00), hija kompletament nulla u mingħajr effett sa fejn tqis li l-ammonti rrikonoxxuti bħala kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, kumpens taħt l-Artikolu 11 għal obbligu marbut ma’ tariffa fis-settur tat-Trasport Pubbliku Lokali, għandha titqies li hija miżura mhux innotifikata li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li hija inkompatibbli mas-suq intern;

tiddikjara, skont l-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ Jannar 2015, fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat Sa. 35842 (2014/C) (ex 2012/NN) (għal EUR 4 9 51  838,00) hija kompletament nulla fil-parti fejn tadotta miżuri operattivi għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat Taljan;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn CSTP.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-185/15, Buonotourist vs Il-Kummissjoni.