15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Gramberg vs UASI Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)

(Kawża T-166/15)

(2015/C 198/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kettler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 460/2013-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni ġdida dwar l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002.