|
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/38 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2015 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-147/15)
(2015/C 213/63)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Očková u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2015, bir-referenza BUDG/B/3/RDL D(15)217973B/3, li tiċħad it-talba għal dispensa mill-obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ riżorsi proprji ta’ ammont ta’ CSK 5 3 9 76 340, imressqa skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000 (KE, EURATOM) (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummisjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Ċeka
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).