26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/34


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2015 – L’Oréal vs UASI – Theralab (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA)

(Kawża T-144/15)

(2015/C 171/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Sena Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Theralab – Produtos Farmacêuticos e Nutracêuticos, Lda (Viseu, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 0 74  391

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2015, fil-Każ R 1097/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tas-26 ta’ Frar 2014, fl-Oppożizzjoni B 002139916

tiċħad l-Oppożizzjoni B 002139916

tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 011074391 “VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA (+fig.)” fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.