11.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/35 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (WAVE 2 PAY)
(Kawża T-129/15)
(2015/C 155/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-element verbali “WAVE 2 PAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 2 2 58 117
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1857/2014-5
Talbiet
— |
tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll il-kontradizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement:
|
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |