26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta Marzu 2015 – Rotkäppchen – Mumm Sektkellereien vs UASI – Ruiz Moncayo (RED RIDING HOOD)

(Kawża T-128/15)

(2015/C 171/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rotkäppchen – Mumm Sektkellereien GmbH (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alberto Ruiz Moncayo (Entrena, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “RED RIDING HOOD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 2 99  831

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1012/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 1 77  817;

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 2 99  831;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.