26.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/31 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – Unicorn vs UASI – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN)
(Kawża T-125/15)
(2015/C 171/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unicorn a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “UNICORN” – Trade mark Komunitarja Nru 1 1 0 14 701
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 150/2014-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
l-UASI ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-provi prodotti mill-applikant; |
— |
l-UASI ikkunsidrat b’mod żbaljat ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti. |