13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/42


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Thea vs UASI – Sebapharma (Sebacur)

(Kawża T-84/15)

(2015/C 118/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Thea, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Mallo Saint-Jalmes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sebapharma GmbH & Co. KG (Boppard, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Sebacur” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 5 54  194

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2403/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u ordnat lir-rikorrenti tirrimborsa EUR 550 lil Sebapharma GmbH & Co.;

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.