13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/41


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2015 – Olympus Medical Systems vs UASI (3D)

(Kawża T-79/15)

(2015/C 118/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olympus Medical Systems Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Ebert Weidenfeller u C. Opatz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element “3D” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 598 538

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1708/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009.