13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/40 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Tronios Group International vs UASI – British Sky Broadcasting Group (SkyTec)
(Kawża T-77/15)
(2015/C 118/51)
Lingwa tar-rikors: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Tronios Group International BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. van Leeuwen u H. Klingenberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: Tronios Group International BV
Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja verbali “SkyTec”
Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 1681/2013-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba ta’ invalidità ta’ British Sky Broadcasting Group; |
— |
tikkundanna lill-British Sky Boradcasting Group għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għall-ispejjeż tal-proċedimenti preċedenti quddiem l-UASI. |
Motiv(i) invokat(i)
— |
Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |