13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Jaguar Land Rover vs UASI – Nissan Jidosha KK (Land Glider)

(Kawża T-71/15)

(2015/C 118/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nissan Jidosha KK (Yokohama-shi, Kanagawa-ken, il-Ġappun)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Land Glider” – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 3 24  196

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1415/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.