13.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/15 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill
(Kawża T-69/15)
(2015/C 228/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy Sakhalin, ir-Russja); RN-Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina u d-Deċiżjoni 2014/659/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1); |
— |
tannulla l-Artikolu 1(3) sa (8) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (it-“tieni Regolament li jemenda”), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2); |
— |
barra minn hekk jew sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi. Permezz ta’ dawn il-motivi, huma jsostnu li l-Kunsill ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta l-miżuri l-ġodda li jemendaw jew, jekk kellha kompetenza, ma setgħetx tadottahom legalment.
— |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw huma niesqa minn motivazzjoni suffiċjenti sabiex ikun jista’ ssir stħarriġ ta’ legalità u jiskru id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt tagħom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; |
— |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-għan li l-miżuri l-ġodda li jemendaw jipprovaw jilħqu ma jikkostitwixxix għan leġittimu tal-PESK; |
— |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-obbligi imposti fuq l-Unjoni mid-dritt internazzjonali taħt il-Ftehim ta’ partenarjat u ta’ kooperazzjoni mar-Russja u/jew il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT); |
— |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li t-tieni Regolament li jemenda ma juri ebda rabta razzjonali bejn l-għanijiet tad-Deċiżjoni u l-mezzi għall-implementazzjoni tagħha; |
— |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li t-tieni Regolament li jemenda ma jimplementax b’mod xieraq id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni f’aspetti materjali; |
— |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fi trattament u ta’ eżerċizzju mhux arbitrarju tal-poter; |
— |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw huma sproporzjonati meta mqabbla mal-għan tad-Deċiżjoni u, konsegwentement, jidħlu indebitament fil-kamp tal-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni u jwasslu għal indħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti; |
— |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw jimplikaw użu ħażin ta’ poter; |
— |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-assenza ta’ ċarezza ta’ kliem fundamentali. |