4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/39


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-66/15)

(2015/C 146/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li l-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mit-Trattat FUE billi ma eżaminax mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu;

tordna lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu;

tikkundanna lill-Kunsill kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawn sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-fatt li billi ma bl-ebda mod ma pproċessa t-talba tagħha għal eżami mil-ġdid, il-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mil-leġiżlazzjoni u mill-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea.