30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli)

(Kawża T-63/15)

(2015/C 107/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 926 764

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 2560/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.