30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Market Watch vs UASI – El Corte Inglés (MITOCHRON)

(Kawża T-62/15)

(2015/C 107/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MITOCHRON”, Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 200 078

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 508/2014-2

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks li huma s-suġġett tat-tilwima.