9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/15)

(2015/C 081/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u J. Panero Rivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imqajjma;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritta fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra ammonti meqjusa mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma analogi għal dawk invokati fil-Kawża T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Qed jiġu invokati, b’mod partikolari, żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ġuridika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat, fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura u fil-klassifikazzjoni tal-interpretazzjoni amministrattiva bħala għajnuna mill-Istat differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ estoppel u ta’ ċertezza legali.