23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/53


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2015 – K-Swiss vs UASI (Strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-3/15)

(2015/C 065/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel, u M. Hecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea għal trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ħames strixxi paralleli fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isports) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 932 758

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1093/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;