Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur)

(Kawża T-767/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux in-natura distintiva”

Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Ċessjoni, revoka u invalidità-Raġunijiet għar-revoka-Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark-Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark-Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni tal-punt(a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009-Eżami tal-bdil tal-karattru distintiv

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Il-punt(a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 51(1)(a))

(ara l-punti 18, 20-22, 46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2694/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Delpeyrat u Labeyrie.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Labeyrie hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-EUIPO.

3) 

Delpeyrat għandha tbati l-ispejjeż tagħha.