Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2017 –
Flamagas/EUIPO – MatMind (CLIPPER)
(Kawża T‑580/15)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER – Forma neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ deskrizzjoni tat-trade mark fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni”)
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta' riżultat tekniku – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tal-interess ġenerali relatat miegħu [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)] (ara l-punti 21-23) |
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku – Kunċett – Eżistenza ta’ proċeduri oħra li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat tekniku – Assenza ta’ effett fuq il-motiv ta’ rifjut [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)] (ara l-punti 24, 59) |
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta' riżultat tekniku – Identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta’ sinjal tridimensjonali [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)] (ara l-punti 25-27) |
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009 – Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)] (ara l-punti 37-40, 49, 51-53, 61) |
5. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b), u 52(1)(a)] (ara l-punti 68-70) |
6. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (3), u 52(2)] (ara l-punt 83) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 924/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MatMind u Flamagas.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Flamagas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |