Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-553/15)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista ta’ persuni u entitajiet li japplika għalihom l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi inkwistjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ksur biżżejjed serju ta’ regola ta’ liġi li tagħti drittijiet lill-individwi”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 129)

(ara l-punti 35, 36)

2. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni –Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-inklużjoni żbaljata tar-rikorrent fuq il-lista tal-persuni li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi – Esklużjoni – Rikors għad-danni intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-implementazzjoni tal-miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrent – Inklużjoni

(Is-subparagrafu 2d tal-Artikolu 24(1) u Artikolu 40 TUE; Artikolu 215 TFUE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u Artikolu 275 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012)

(ara l-punti 37-39)

3. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 41)

4. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att regolatorju – Esklużjoni

(Artikolu 296 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 42, 50)

5. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni mnaqqas jew ineżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi kuntestwali

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 52, 56-58, 64, 65)

6. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Evalwazzjoni tal-legalità tal-aġir tal-istituzzjonijiet – Miżuri ta’ iffriżar ta’ fondi – Rikors għad-danni ta’ operatur ekonomiku milqut minn miżura restrittiva individwali – Kriterji – Miżuri restrittivi li għandhom għan leġittimu tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni

(Artikolu 21 TUE; Artikolu 215(2) TFUE)

(ara l-punti 53, 54)

7. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi – Modalitajiet ta’ prova – Annullament ta’ att jew atti tal-Kunsill li taw lok għad-dannu invokat mir-rikorrent, inkluż l-annullament deċiż minn sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija qabel il-preżentata tar-rikors għad-danni –Assenza ta’ prova inkonfutabbli

(ara l-punt 55)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfronti tiegħu.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Export Development Bank of Iran għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.