Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Todorova Androva vs Il‑Kunsill et
(Kawża T‑366/15 P)
“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Klawżola 4 tal-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ istruttorja mill-qorti li ser tiddeċiedi fuq il-mertu – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni”
|
1. |
Atti tal-istituzzjonijiet-Direttivi-Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat-Impożizzjoni diretta ta’ obbligi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rapporti tagħhom mal-persunal tagħhom-Esklużjoni-Invokabbiltà-Portata (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/70) (ara l-punti 33, 34) |
|
2. |
Atti tal-istituzzjonijiet-Direttivi-Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat-Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema għal żmien determinat-Natura imputabbli lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest tar-rapporti tagħhom mal-persunal tagħhom (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4) (ara l-punti 35-38) |
|
3. |
Atti tal-istituzzjonijiet-Direttivi-Implementazzjoni mill-Istati Membri-Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-direttivi-Obbligi tal-qrati nazzjonali-Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi-Portata-Interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali-Esklużjoni (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 43-45) |
|
4. |
Uffiċjali-Promozzjoni-Minimu ta’ anzjanità fil-grad meħtieġ-Kalkolu-Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ xogħol imwettqa bħala membru tal-persunal temporanju-Esklużjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 34 u 45; Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 15 u 16) (ara l-punti 48, 49) |
|
5. |
Uffiċjali-Promozzjoni-Minimu ta’ anzjanità fil-grad meħtieġ-Kalkolu-Esklużjoni tal-perijodi mwettqa bħala membru tal-persunal temporanju-Ksur tad-Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat-Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45; Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4) (ara l-punti 58, 59, 71) |
|
6. |
Rikorsi tal-uffiċjali-Ilment amministrattiv imressaq qabel-Konkordanza bejn l-ilment u r-rikors-Identiċità tas-suġġett u tal-kawża-Motivi u argumenti li ma jidhrux fl-ilment, iżda li huma relatati strettament miegħu-Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 78, 79) |
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, Todorova Androva vs Il‑Kunsill (F‑78/12, EU:F:2015:37), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Viara Todorova Androva hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |