Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta ’ Settembru 2016 –

Arrom Conseil vs EUIPO – Puig France (Roméo has a Gun by Romano Ricci)

(Kawża T‑358/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiv Romeo has a Gun by Romano Ricci — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Teħid ta’ vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 47)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva Roméo has a Gun by Romano Ricci u trade marks verbali NINA RICCI u RICCI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 34, 50, 51, 64-66, 74, 78)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 37)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 53)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 56-59, 70)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 60)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, It-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 76)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1020/2014‑1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puig France u Arrom Conseil.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arrom Conseil hija kkundannata għall-ispejjez tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Puig France SAS.