Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 – Buonotourist vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑185/15)

“Għajnuna mill-Istat – Impriża li topera netwerks tal-konnessjonijiet permezz tal-karozza tal-linja fir-Reġjun tal-Campania – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mħallas wara deċiżjoni ta’ qorti li ddeċidiet fl-aħħar istanza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Regolament (KEE) Nru 1191/69 – Kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika – Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 – Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri – Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Elaborazzjoni ta’ motiv invokat preċedentement – Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(2))

(ara l-punt 78)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti – Eżami permanenti mill-Kummissjoni mal-Istati Membri – Natura legali fl-assenza ta’ konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta’ inkompatibbiltà mas-suq intern

(Artikolu 108(1) u (3) TFUE)

(ara l-punt 80)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Kumpens għall-obbligu ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport reġjonali – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika previst mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1191/69 – Miżuri li ma josservawx il-kriterji sostantivi tal-imsemmi regolamen – Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida – Obbligu ta’ notifika minn qabel

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1191/69, Artikolu 17(2))

(ara l-punti 92, 106‑115, 120)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Assenza ta’ osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati – Assenza ta’ effett fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ eżami ex officio tal-elementi mhux invokati espressament – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 110)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Esklużjoni – Kundizzjonijiet imsemmija fis-sentenza Altmark – Natura kumulattiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 124‑128, 132)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 141‑143)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali – Rwol tal-qrati nazzjonali – Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata – Nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata għall-irkurpu ta’ għajnuna illegali – Nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata għal deċiżjoni sussegwenti tal-Kummissjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE)

(ara l-punti 183‑190)

8. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Limiti – Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li jkunu mmaterjalizzaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti

(ara l-punti 203, 204)

9. 

Trasport – Għajnuna għat-trasport – Regolament Nru 1370/2007 – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni għall-għajnuna mogħtija wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tranżitorji

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007; Regolament tal-Kunsill Nru 1191/69)

(ara l-punti 209‑212)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1075 tad-19 ta’ Jannar 2015 Għajnuna mill-Istat SA.35843 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur Buonotourist (ĠU 2015, L 179, p. 128).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Buonotourist Srl hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.