Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2017 –
L-Estonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/15)

“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Estonja - Kundizzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali”

1. 

Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Skemi ta’ għajnuna diretta – Regoli komuni – Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba – Obbligu ta’ żamma tal-partikolaritajiet topografiċi – Applikabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, Artikolu 149 u Anness III)

(ara l-punti 27-29)

2. 

Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet ta’ interpretazzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 33)

3. 

Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, Anness II; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009)

(ara l-punti 36, 62, 121, 136)

4. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Portata – Il-possibbiltà li jissostitwixxu għall-kontrolli fi ħdan l-iskema ta’ kundizzjonalità kontrolli oħra esterni – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 9(1)(a)(i)]

(ara l-punti 40, 41)

5. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ irregolaritajiet li ma għandhomx effett finanzjarju preċiż – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005)

(ara l-punt 42)

6. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, Anness II)

(ara l-punt 65)

7. 

Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna – Kontrolli fuq il-post – Stabbiliment ta’ rapporti ta’ kontrolli – Modalitajiet ta’ preżentazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti

[Regolament tal-Kumissjoni Nru 1122/2009, Artikoli 53(4) u 54(1)(b)(ii)]

(ara l-punti 73, 74, 90)

8. 

Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Skemi ta’ għajnuna diretta – Regoli komuni – Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba – Il-kapaċità u l-kostruzzjoni tal-kontenituri maħsuba għall-ħażna tad-demel– Applikazzjoni għal faċilitajiet ta’ kenn għal mifrex fond – In-neċessità ta’ kontrolli dwar il-kapaċità u l-issiġillar

(Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, Anness II; Direttiva tal-Kunsill 91/676, Anness II, A5)

(ara l-punt 91)

9. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

(ara l-punt 94)

10. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 106, 107)

11. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni skont il-linji gwida interni adottati fil-qasam ikkonċernat – Applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja mingħajr konstatazzjoni minn qabel ta’ nuqqas sistematiku jew sinjifikattiv fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(1) u (2))

(ara l-punt 116)

12. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni skont il-linji gwida interni adottati fil-qasam ikkonċernat – Ksur mhux serju – Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 2 % – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52)

(ara l-punti 127, 128)

13. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punt 144)

14. 

Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Proċedura – Stedina mill-Kummissjoni għal laqgħa bilaterali mal-Istat Membru kkonċernat– Suġġett – In-neċessità ta’ dibattitu kontradittorju fuq il-punti tal-kawża

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kummissjoni Nru 885/2006, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 11(1)

(ara l-punti 147, 148, 151)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), sa fejn hija tirrigwarda l-infiq imwettaq mir-Repubblika tal-Estonja għal ammont ta’ EUR 691 746.53.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.