Kawża T-115/15

Deza, a.s.

vs

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

“REACH – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li dawn jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Żieda tal-iskrizzjoni tas-sustanza Bis (2 etileżil) ftalat (DEHP) fil-lista – Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017

  1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala estremament preokkupanti – Rikors ippreżentat minn fornituri tas-sustanza – Ammissibbiltà

    [Artikolu 263 TFUE, ir-raba’ paragrafu; Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 31(9), 57(f) u 59]

  2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorja fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala estremament preokkupanti – Inklużjoni – Att li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens au sens de ladite disposition du traité

    [Artikolu 263 TFUE, ir-raba’ paragrafu; Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 31, 57(f) u 59 u Anness XIV]

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ inklużjoni fl-Anness XIV – Tibdil ta’ entrata eżistenti – Kompetenza tal- Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

    (Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 57 u 59(8), u Anness XIV)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ inklużjoni fl-Anness XIV – Preżentazzjoni simultanja ta’ diversi proposti ta’ identifikazzjoni tas-sustanza – Possibbiltà ta’ rtirar ta’ diversi proposti matul il-proċedura – Proposti li ġew ippreżentati f’dokument uniku – Assenza ta’ effett

    (Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 57 u 59)

  5. Rikors għal annullament – Motiv – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

    (Artikolu 263 TFUE)

  6. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ċertezza legali – Leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà

  7. Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-aspettattivi leġittimi – Invokazzjoni, mill-operaturi ekonomiċi, ta’ aspettativi leġittimi fiż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti – Ċaħda

    (Artikolu 263 TFUE)

  8. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest, użu ħażin ta’ poter jew oltrepassar manifest tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 57 u 59)

  9. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Sustanzi li għandhom proprjetajiet li jipperturbaw is-sistema endokrinali li jista’ jkollhom effetti serji fuq l-ambjent – Oneru tal-prova

    [Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 1(3) u 57(f)]

  10. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Evalwazzjoni tal-perikoli marbuta mal-proprejtarjiet intrinsiċi ta’ sustsanza – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 57)

  11. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84)

  12. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Osservanza żgurata mill-qorti tal-Unjoni

    (Artikolu 6(3) TUE; Artikolu 275 TFUE, it-tieni paragrafu)

  13. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi estremament preokkupanti – Proċedura ta’ inklużjoni fl-Anness XIV – Tibdil ta’ entrata eżistenti – Inapplikabbiltà tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

    (Regolament tal-Parlament Ewrpoew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 57 u 59(8), u Anness XIV)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 30)

  2.  Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li tidentifika sustanza bħala sustanza estremament preokkupanti skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), tikkostitwixxi att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-fatt, tali deċiżjoni hija ta’ portata ġenerali peress li tapplika għal sitwazzjonijiet determinati oġġettivament u tipproduċi effetti legali fir-rigward ta’ kategorija ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt, jiġifieri b’mod partikolari fir-rigward ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 31(9)(a) u tal-Artikolu 34(a) tar-Regolament Nru 1907/2006. Barra minn hekk, hija ma tikkostitwixxix att leġiżlattiv peress li la ġiet adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u lanqas skont proċedura leġiżlattiva speċjali fis-sens tal-Artikolu 289(1) sa (3) TFUE, iżda abbażi tal-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 1907/2006.

    Barra minn hekk, l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala estremament preokkupanti li tirriżulta mill-proċedura prevista mill-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 tiskatta obbligi ta’ informazzjoni mingħajr ma jkunu neċessarji miżuri oħra. B’mod partikolari, il-fażi suċċessiva tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni li tikkonsisti fl-inklużjoni f’ordni ta’ prijorità ta’ sustanzi kandidati fl-Anness XIV tar-Regolament Nru 1907/2006, jiġifieri fil-lista tas-sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni, ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni initiża għall-inklużjoni ta’ sustanza fil-lista ta’ sustanzi kandidati.

    (ara l-punti 32, 33, 35)

  3.  L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) hija awtorizzata tikkompleta entrata diġà eżistenti fil-lista ta’ sustanzi kandidati, jiġifieri il-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li dawn jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), permezz ta’ raġuni oħra, fis-sens ta’ wieħed mill-punti tal-Artikolu 57 ta’ dan ir-regolament.

    Fil-fatt, fis-sitwazzjoni li fiha, peress li tkun tippreżenta proprjetajiet intrinsiċi fis-sens ta’ wieħed mill-punti tal-Artikolu 57(a) sa (f) tar-Regolament Nru 1907/2006, ċerta sustanza tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi kandidati bħala sustanza estremament preokkupanti, la l-kliem tal-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006 u tal-Artikolu 59(8) ta’ dan ir-regolament u lanqas il-kliem ta’ xi dispożizzjoni oħra ta’ dan tal-aħħar ma jimpedixxi lill-ECHA milli tivverifika jekk din is-sustanza għandhiex proprjetajiet intrinsiċi minbarra dawk li jkunu wasslu għall-inklużjoni inizjali ta’ din is-sustanza fl-imsemmija lista. Minn dan l-angolu, l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala li tissodisfa l-kundizzjonijiet mill-perspettiva tal-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006 minbarra dik li tkun wasslet għall-inklużjoni inizjali fil-lista ta’ sustanzi kandidati, mill-perspettiva teknika tieħu l-forma ta’ żieda tal-entrata diġà eżistenti.

    F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li l-ebda dispożizzjoni ma tipprovdi espressament u formalment li l-ECHA hija awtorizzata tikkompleta l-entrati eżistenti fil-lista ta’ sustanzi kandidati b’raġunijiet ġodda fis-sens tal-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006, tali awtorizzazzjoni espressa tal-ECHA ma tistax titqies bħala indispensabbli, sa fejn il-kompetenza li tagħmel dan tirriżulta wkoll mill-Artikolu 59(8) tar-Regolament Nru 1907/2006, moqri fid-dawl tal-istruttura ġenerali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, kif ukoll tal-finalità li tikkonċerna l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza estremament preokkupanti.

    (ara l-punti 54, 55, 67, 70)

  4.  L-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH) ma jispeċifikax il-metodu kif għandhom jiġu ppreżentati diversi proposti ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza estremament preokkupanti fis-sens tal-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament, kemm jekk dawn ikunu sustanzi differenti jew proprjetajiet differenti tal-istess sustanza prevista f’dan l-aħħar imsemmi artikolu. Lanqas ma huwa specifikat f’dan l-artikolu, b’mod iktar partikolari jekk kull proposta li tirrigwarda waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament għandhiex tiġi ppreżentata separatament jew jekk jistgħux jiġu ppreżentati diversi proposti ta’ dan it-tip fil-kuntest ta’ dokument wieħed. Fi kwalunkwe każ, xejn f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jippermetti li jiġi konkluż li jeżisti obbligu ta’ ġbir tal-proposti f’dokument wieħed meta dawn il-proposti jiġi ppreżentati fl-istess ħin mill-istess awtur. Bl-istess mod, ma teżisti l-ebda dispożizzjoni li tipprojbixxi l-irtirar ta’ proposta waħda jew iktar matul il-proċedura, anki meta dawn il-proposti jkunu inizjalment ippreżentati fil-kuntest ta’ dokument uniku.

    Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-vot, fil-kuntest tad-dibattiti tal-kumitat tal-Istati Membri, fuq sustanza, li ttieħed wara li r-Renju tad-Danimarka ssepara il-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar din is-sustanza, kif jinsabu fil-fajl preżenti b’mod konformi mal-Artikolu 59(3) u (5) tar-Regolament Nru 1907/2006, mill-kunsiderazzjonijiet sanċiti fi proposti l-oħra, ma jista’ jiġi kkonstatat l-ebda ksur tal-Artikolu 59(8) u (9) tar-Regolament Nru 1907/2006, u lanqas tad-dritt għal smigħ tal-fornitur tas-sustanza inkwistojni.

    (ara l-punti 86, 91)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 105)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 135)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 137, 138, 151)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 163, 164)

  9.  Fir-rigward tal-livell ta’ prova li għandu jiġi osservat skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), skont din id-dispożizzjoni, jistgħu jiġu inklużi fl-Anness XIV, fost oħrajn, il-perturbaturi endokrinali estremament preokkupanti li fir-rigward tagħhom ikun xjentifikament ipprovat li jistgħu jkollhom effetti serji fuq l-ambjent. Minn dan isegwi li l-probabbiltà li perturbatur endokrinali jista’ jkollu effetti danneġġanti fuq l-ambjent hija suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita rabta kawżali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan l-approċċ tal-leġiżlatur tal-Unjoni huwa, barra minn dan, konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif imsemmi, inter alia, fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1907/2006.

    (ara l-punt 173)

  10.  Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-perikoli marbuta mal-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanza msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH), tali evalwazzjoni ma għandhiex tkun limitata fid-dawl ta’ ċirkustanzi ta’ użu speċifiċi u tista’ titwettaq b’mod validu irrispettivament mil-lok tal-użu tas-sustanza, tal-mezz li bih jista’ jseħħ il-kuntatt u livelli eventwali ta’ espożizzjoni għas-sustanza.

    (ara l-punt 200)

  11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 206, 207)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 211)

  13.  Peress li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ma tikkostitwixxix qorti fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, dawn l-aħħar imsemmija dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu invokati b’mod validu fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tbiddel entrata ta’ sustanza fil-lista tas-sustanzi identifkati bil-ħsieb li jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll ir-restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi (REACH).

    (ara l-punt 213)