Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Abertis Telecom Terrestre u Telecom Castilla-La Mancha vs Il‑Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-37/15 u T-38/15)

“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Għajnuna ġdida”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet-Motivazzjoni-Obbligu-Portata

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 44)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Eżami mill-Kummissjoni-Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna-Użu effettiv

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 51)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Eżami mill-Kummissjoni-Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha-Ammissibbiltà

(Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE)

(ara l-punt 69)

4. 

Kompetizzjoni-Regoli tal-Unjoni-Destinatarji-Impriżi-Kunċett-Eżerċizzju ta’ attività ekonomika-Tnedija, manutenzjoni u użu tan-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati-Eżistenza ta’ suq-Assenza ta’ eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika-Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 86-89)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Kunċett-Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża-L-ewwel kundizzjoni ddikjarata fis-sentenza Altmark-Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar-Assenza ta’ impriża benefiċjarja effettivament inkarigata mill-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku-Inklużjoni fil-kunċett-Dgħajfien tas-suq-Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ interess ekonomiku ġenerali

(Artikoli 14 TFUE, 106(2) TFUE u 107 TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati UE u FUE)

(ara l-punti 96, 103-105, 108, 109)

6. 

Kompetizzjoni-Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali-Settur tax-xandir-Determinazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali-Distinzjoni bejn il-provvista ta’ servizz ta’ xandir u l-użu tan-netwerks ta’ xandir-Ammissibbiltà

(Artikolu 107(1) TFUE; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE)

(ara l-punti 115-117)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Deċiżjoni tal-Kummissjoni-Stħarriġ ġudizzjarju-Evalwazzjoni libera tal-fatti u tal-provi

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punt 118)

8. 

Kompetizzjoni-Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali-Settur tax-xandir-Definizzjoni ta’ servizz ta’ użu ta’ netwerk bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali-Kundizzjoni-Osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika

(Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE)

(ara l-punti 120, 123, 124, 126)

9. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Kunċett-Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża-Ir-raba’ kundizzjoni ddikjarata fis-sentenza Altmark-Determinazzjoni tal-kumpens, fl-assenza ta’ għażla ta’ impriża minn proċedura ta’ kuntratt pubbliku, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż ta’ impriża medja tas-settur ikkonċernat

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punti 131, 138-145)

10. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Projbizzjoni-Derogi-Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni-Stħarriġ ġudizzjarju

(Artikolu 107(3) TFUE)

(ara l-punti 160, 161, 169)

11. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Eżami mill-Kummissjoni-Komunikazzjonijiet dwar il-proċess ta’ bidla u ta’ tranżizzjoni lejn id-diġitali-Natura ġuridika-Regoli ta’ kondotta indikattivi li jinvolvu awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Artikoli107(3) TFUE u 108 TFUE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali u COM(2005) 204 finali)

(ara l-punt 164)

12. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Proċedura amministrattiva-Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern-Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tagħti l-għajnuna u fuq il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 107(3) TFUE)

(ara l-punt 199)

13. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Eżami mill-Kummissjoni-Evalwazzjoni fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 107(3) TFUE)

(ara l-punt 208)

14. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Projbizzjoni-Derogi-Għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern-Evalwazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE-Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti-Esklużjoni

(Artikolu 107(3)(c) TFUE)

(ara l-punt 209)

15. 

Proċedura ġudizzjarja-Rikors promotur-Rekwiżiti ta’ forma proċedurali-Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima-Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati-Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors-Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76)

(ara l-punt 233)

16. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida-Miżura li timmodifika skema ta’ għajnuna eżistenti-Klassifikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna ġdida e

(Artikolu 108(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004, Artikolu 4(1))

(ara l-punti 246-251)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6846 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] implementata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha favur it-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni C(2015) 7193 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2015, li tikkoreġi ċerti żbalji li jinsabu fid-Deċiżjoni C(2014) 6846 finali.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2) 

Abertis Telecom Terrestre, SA u Telecom Castilla La Mancha, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SAS Astra.