Kawża T‑32/15

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mark1 — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016

  1. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

  2. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

  3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

  4. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar – Trade mark figurattiva Mark1

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

  5. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 24-29)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 34)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 32, 33)

  4.  It-trade mark figurattiva Mark1 ikkostitwita bl-użu flimkien tal-kuluri iswed u aħmar, li għaliha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti abbażi ta’ tabakk u sigaretti elettroniċi kif ukoll prodotti relatati li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 34 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, ma għandhiex karattru distintiv, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, sa fejn is-sens ta’ tfaħħir jew ta’ promozzjoni tieħu, immedjatament ipperċepit u mifhum bħala tali mill-pubbliku rilevanti, jitfi kull indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti kkonċernati, b’mod li din it-trade mark ma tiġix immemorizzata mill-pubbliku rilevanti bħala indikazzjoni tal-oriġini.

    F’dan ir-rigward, il-fatt li l-kelma “mark” jista’ jkollha diversi tifsiriet ma huwiex deċiżiv. Fil-fatt, waħda minn dawn it-tifsiriet hija dik ta’ trade mark li manifestament u essenzjalment għandha tifsira ta’ tfaħħir u ta’ promozzjoni għall-prodotti kkonċernati, peress li hija essenzjalment tissuġġerixxi lill-pubbliku rilevanti l-idea ta’ “trade mark numru 1” għall-prodotti indikati fl-applikazzjoni. Quddiem din it-trade mark, il-pubbliku rilevanti ma jitwassalx jipperċepixxi fiha, lil hinn mill-informazzjoni promozzjonali li t-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni hija n-“numru 1”, xi indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali ta’ dawn l-istess prodotti.

    Fir-rigward tat-tifsira tal-elementi figurattivi, l-użu flimkien tal-kulur iswed għall-kelma u tal-kulur aħmar għaċ-ċifra, il-font ftit li xejn distintiv kif ukoll id-differenza fid-daqs bejn il-kelma u ċ-ċifra tant huma ta’ natura ftit li xejn karatteristika li ma jagħtu ebda karattru distintiv lit-trade mark kollha li għaliha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Dawn l-elementi, fil-fatt, ma għandhom ebda aspett, b’mod partikolari f’termini ta’ fantasija jew fir-rigward tal-mod li bih dawn huma użati flimkien, li jippermetti lit-trade mark twettaq il-funzjoni essenzjali tagħha f’dak li jirrigwarda l-prodotti koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

    (ara l-punti 40, 41, 43, 44)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 46-50)