Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/15)

“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Politika soċjali tal-Istati Membri - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”

1. 

Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompattibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-ħlas lura tagħha – Annullament minħabba żball ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Analiżi ġdida meħtieġa mis-sentenza ta’ annullament li tista’ ssir mill-Kummissjoni mingħajr ma terġa’ tibda’ l-invetsigazzjoni tal-kawża – Dritt għal smigħ li ġie rrispettat matul l-adozzjoni tad-deċiżjoni annullata – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-proċedura formali ta’ eżami – Ammissibbiltà

(Artikoli 108(2) TFUE u 266 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999;)

(ara l-punti 63-79, 85, 86)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi l-provi rilevanti kollha għall-eżami tal-kriterju tal-investitur privat – Konsegwenzi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 95-107, 152)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-Istat membru – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 118-120, 131-133)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Teħid inkunsiderazzjoni tar-responsabbiltà soċjali ta’ imprenditur u tal-kuntest imprenditorjali – Allowances addizzjonali ta’ tkeċċija – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 134-142)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 153, 154)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Kontribuzzjoni ta’ kapital – Konkomitanza tal-kontribuzzjonijiet tal-investituri privati u pubbliċi – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Komparabbiltà tal-kundizzjonijiet tal-investimenti privati u pubbliċi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 197-210)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża – Inklużjoni – Ħlas minn qabel f’kont kurrenti favur l-impjegati mkeċċija minn impriża intiż sabiex jiffinanzja indennizzi supplimentari futuri – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 218-232)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Is-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.

3) 

Il-comité d’entreprise tas-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.