29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà”))

(2018/C 032/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BikeWorld GmbH (Sankt Ingbert, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jovy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għal Nürburgring (ĠU 2016, L 34, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

BikeWorld GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.