2.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/15) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt Ġermaniż dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-iskop tal-kawża - Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni”)

(2019/C 295/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja) u s-17-il rikorrent l-ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-annessi tad-digriet (rappreżentant: H. Janssen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Wirtschaftsvereinigung Stahl kif ukoll dawk tar-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.