31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – POA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-584/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta (‘Halloumi’ jew ‘Hellim’) - Deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, Serje C, ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Att preparatorju - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2016/C 402/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, C 246, p. 9) l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni CY/PDO/0005/01243, imressqa mir-Repubblika ta’ Ċipru, sa fejn qieset li din l-applikazzjoni kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1), kif previsti fl-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pagkyprios organismos ageladotrofon Dimosia Ltd (POA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.