6.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-551/15) (1)
((“Rikors għal annullament - FAEG u FAEŻR - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà”))
(2016/C 200/34)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Guillem Carrau, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |