15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-543/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Tqegħid fis-suq u użu tal-prodotti bijoċidali - Inklużjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 059/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja); Ecolab Deutschland GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja); Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja); u Diversey Europe Operations BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Buchanan u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 li tikkonċerna l-inklużjoni tal-kumpannija O., bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.