30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-535/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 191/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2470/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ÏD Group u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.