16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Vitra Collections vs EUIPO – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

(Kawża T-455/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 014/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vitra Collections AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: V. Von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, u finalment D. Hanf u S. Bonne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consorzio Origini per l’Internazionalizzazione (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Marzu 2015 (Każ R 664/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Consorzio Origini u Vitra Collections AG.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Vitra Collections AG u Consorzio Origini per I’Internazionalizzazione huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.