28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/15) (1)

([“Rikors għal annullament u għad-danni - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw l-irtirar tal-proposta għad-Direttiva COM(2014) 397 finali tal-Parlament u tal-Kunsill - Rifjut parzjali għal aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali - Inammissibbiltà manifesta parzjali”])

(2017/C 283/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, E. Sanfrutos Cano u A. Buchet, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u I. McDowell, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, E. Rebasti u M. Moore, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2015 u, sussidjarjament, għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarraf wara dan l-att.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-European Environmental Bureau (EEB).

4)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.