|
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/44 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe (Copertino, l-Italja) u s-37 rikorrent ieħor li isimhom jidher anness mad-digriet (rappreżentanti: G. Manelli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |