2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi u Negro Daniele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Talba għal adattament tat-talbiet - Inammissibbiltà”))

(2016/C 156/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi (Otranto, l-Italja) u Negro Daniele (Otranto) (rappreżentanti: V. Pellegrino u A. Micolani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), sa fejn il-vinja (Vitis) tinsab fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni jew sa fejn l-Artikolu 9 ta’ din tal-aħħar jipprojbixxi l-moviment tagħha fl-Unjoni Ewropea, fiż-żoni ddemarkati jew barra minnhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi u Negro Daniele huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.