20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2016 – Dima vs EUIPO (Forma ta’ kaxxa miftuħa)

(Kawża T-383/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ kaxxa miftuħa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 222/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dima Verwaltungs GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kerkhoff, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2568/2014-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ kaxxa miftuħa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dima Verwaltungs GmbH hija kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.