22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Garcia Miniguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/15 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Ckompetizzjoni interna tal-Kummissjoni miftuħa għal membri tal-persunal temporanji tal-istituzzjoni - Nuqqas ta’ ammissjoni tal-membru tal-persunal temporanju ta’ aġenzija eżekuttiva - Artikolu 29(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ugwaljanza fit-trattament - Appell manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 068/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Maria Luisa Garcia Miniguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco u Á. Givaja Sanz, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, G. Gattinara u F. Simonetti, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ April 2015, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni (F-72/14, ĠabraSP, EU:F:2015:40), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Maria Luisa Garcia Minguez hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.