|
19.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/30 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/15 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti trażmessi mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE - Oppożizzjoni minn Franza għall-iżvelar tad-dokumenti - Deċiżjoni li jingħata l-aċċess għal dokumenti lil terzi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])
(2015/C 346/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u F. Fize, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).
Dispożittiv
|
1) |
Hija s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |