1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2015 – Certuss Dampfautomaten vs UASI – Universal for Engineering Industries (Universal 1800 TC)

(Kawża T-329/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 038/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Certuss Dampfautomaten GmbH & Co. KG (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Universal for Engineering Industries SAE (Giza, l-Eġittu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ April 2015 (Każ R 1303/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Universal for Engineering Industries SAE u Certuss Dampfautomaten GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Certuss Dampfautomaten GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015