11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi li s-sostituzzjoni tagħhom hija prevista - Inklużjoni ta’ komposti tar-ram fl-imsemmija lista - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi mizuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”])

(2016/C 251/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién u I. Moreno Tapia Rivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, p. 18).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament u tal-Kunsill.

3)

European Union Copper Task Force hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.