|
16.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – Apocoa Parking Holdings vs EUIPO (PARKWAY)
(Kawżi magħquda T-268/15 u T-272/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali PARKWAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 014/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2016 (Każijiet R 2063/2014-4 u R 2062/2014-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattiv u verbali PARKWAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Les recours sont rejetés. |
|
2) |
Apcoa Parking Holdings GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |