16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/42


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Pari Pharma vs EMA

(Kawża T-235/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])

(2015/C 381/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal- konvenuta: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Suġġett

Talba essenzjalment intiża sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-EMA, tal-24 ta’ April 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.

Dispożittiv

1)

Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-24 ta’ April 2015, sa fejn hija tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapport ta’ evalwazzjoni (EMA/CHMP/702525/2014) tax-xebh tal-VANTOBRA mal-Cayston u mat-TOBI Podhaler kif ukoll għar-rapport ta’ evalwazzjoni (EMA/CHMP/778270/2014) dwar is-superjorità klinika tal-Vantobra fuq it-TOBI Podhaler.

2)

l-EMA hija ordnata li ma tiżvelax iż-żewġ rapporti msemmija fil-punt 1.

3)

It-talba ta’ Novartis Europharm Ltd intiża li tikseb l-aċċess għall-proċess sħiħ tal-kawża hija miċħuda.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.