30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2016 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament

(Kawża T-181/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Deċiżjoni tal-Parlament sabiex jibda proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għal provvista ta’ servizzi tal-informatika - Irtirar tal-att - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 191/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Tapper Brandberg u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tintuża l-proċedura nnegozjata PE/ITEC NPE – 15.8 mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi tal-informatika fil-Parlament u f’istituzzjonijiet u f’aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.