11.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2016 – Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/15) (1)
((“FAEŻR - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 251/36)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2015) 252 finali, tas-26 ta’ Jannar 2015, dwar it-tnaqqis tal-ħlas intermedjarju marbut mal-programm ta’ żvilupp rurali CCI 2007 GR 06 RPO 001 tar-Repubblika Ellenika għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u għall-ispejjeż dwar il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 u mill-1 ta’ April 1 sat-30 ta’ Ġunju 2014.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |